Żagħżugħ jinżamm arrestat għax ma għandux fejn imur joqgħod

Iż-żagħżugħ kien arrestat nhar il-Ħadd li għadda f'Paceville wara li nqabad bil-pussess tad-droga

Żagħżugħ ta’ 29 sena li nqabad bil-pussess tad-droga ma talabx għall-ħelsien mill-arrest għax ma għandux fejn imur joqgħod.

Dan ħareġ illum fil-Qorti hekk kif iż-żagħżugħ Eritrean tressaq akkużat b’pussess ta’ reżina tal-kannabis u l-kokaina u li din ma kinitx għall-użu personali tiegħu.

Huwa kien arrestat nhar il-Ħadd li għadda f’Paceville.

Iż-żagħżugħ qed iwieġeb mhux ħati, bl-Avukat Yanika Bugeja tinforma lill-Maġistrat li l-akkużat ma għandux fejn imur joqgħod.

More in Qrati u Pulizija