Żagħżugħ Ingliż ta’ 23 sena ġie mmultat u sospiż milli jsuq wara li ammetta li saq quad bike f’Paceville waqt li kien fis-sakra.
Dalgħodu ż-żagħżugħ tressaq quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri mixli li hedded surġent tal-Pulizija u b’sewqan perikoluż.
Jidher li huwa kien ġie arrestat t-Tlieta fis-siegħat bikrin ta' filgħodu, meta Pulizija lemħu jsuq mingħajr helmet.
Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Fis-sentenza tagħha l-Qorti sabet lill-akkużat ħati u huwa ġie ordnat iħallas multa ta’ €2,600. Hu wkoll ġie skwalifikat milli jsuq għal sitt xhur.
L-akkużat talab lill-Qorti tħallih iħallas il-multa f'rati ta 'kull xahar u l-qorti aċċettat it-talba, billi ordnat li l-multa titħallas b'rati ta' €75 kull xahar.