Anzjan ta' 66 sena ngħata sentenza ta' disa' xhur ħabs sospiża għal sentejn wara li nstab ħati li hedded persuna oħra b'ħajjitha.
Skont l-ewwel informazzjoni, ir-raġel hedded lil-vittma li jekk ma jħallsux hu kien se jisparalu tiri ta' arma tan-nar f'irkubtejħ.
Ir-raġel ta’ 66 sena mill-Mellieħa deher quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużat li għamel użu minn vjolenza morali u psikoloġika sabiex jbeżża' u jikkonvinċi l-vittma. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkundannat lir-raġel is-sentenza ta’ disa' xhur ħabs, sospiżi għal sentejn u ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u l-familja tiegħu.