Mara ta’ 32 sena minn Nepal dalgħodu dehret quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużata li serqet ċurkett b’valur ta’ €400 minn għand waħda mill-klijenti tagħha.
Il-mara wieġbet mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontriha bl-avukat tal-mara, Joseph Calleja, jitlob għall-ħelsien mill-arrest.
Minn naħa l-oħra, l-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Joseph Xerri oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-fatt li l-mara m'għandix indirizz fiss.
Fis-sentenza tagħha, l-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u b'hekk il-mara se tkun qed tinżamm taħt arrest preventiv.