Ċemplitlu biex joqtol wirdiena u spiċċa akkużat b'vjolenza domestika

L-eks mara ċemplitlu biex joqtol wirdiena u wara argument spiċċa akkużat b'vjolenza domestika. Jwieġeb mhux ħati

Illum fil-Qorti raġel ta' 31 sena ġie mixli b'vjolenza domestika wara  argument mal-eks mara tiegħu li beda minn sempliċiment telefonata sabiex jiġi u jgħina toqtol wirdiena.

Il-Qorti semgħet kif, l-allegat vittma ċemplet lil akkużat u talbitu jiġi joqtolha wirdiena. Kien hawnhekk li skopra li kellha raġel ieħor f'ħajjitha li allegatament juża d-droga kokaina u l-alkohol. Fuq dawn ir-raġunijiet l-akkużat qal li ma ridx figura bħal din fil-ħajja ta' ibnu. Għal xi raġuni jew oħra, qam argument bejn iż-żewġ persuni, bl-akkużat allegatament jattakka lil eks mara tiegħu.

Mixli b'vjolenza domestika u li ġiegħel lil mara tibża għall-ħajjitha, huwa wieġeb mhux ħati. 

Il-Maġistrat ta l-ħelsien mill-arrest lir-raġel fuq garanzija personali ta' €4000, u ordnalu biex iżomm il-bogħod mill-mara u mid-dar tal-familja. 

Il-Qorti ordnat projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-akkużat.

L-Avukat Chris Frendo deher għal akkużat

More in Qrati u Pulizija