Qorti | Mingħajr saqaf fuq rasu u jinżamm arrestat wara ġlieda

Raġel jinżamm arrestat wara li għal darb'oħra kien involut fi ġlieda

Raġel li m'għandux saqaf fuq rasu inżamm arrestat, hekk kif kien akkużat illi weġġa lil raġel ieħor mis-Somalja u kkawżalu ġrieħi gravi. 

Is-Somalu, tressaq quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri  dalgħodu akkużat illi kkawża ġrieħi fuq persuna oħra waqt ġlieda f'San Ġiljan. Dan wara li l-istess akkużat kien involut fi ġlieda oħra nhar it-30 ta' Ġunju.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati, għalkemm il-ħelsien mill-arrest ma kienx mitlub. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Leeroy Balzan Engerer, filwaqt li l-Avukat Joe Brincat deher għall-akkużat. 

 

More in Qrati u Pulizija