Qtil Razzist | Wieħed mill-irġiel feruti ma' Lassana mistenni jixhed

Francesco Fenech u Lorin Scicluna qed ikunu akkużati li qatlu lil Lassana Cisse f'Ħal Far f'April li għadda.

Lorin Scicluna u Francesco Fenech
Lorin Scicluna u Francesco Fenech

Is-sit illum.com.mt jinsab informat illi wieħed mill-irġiel li sofra ġrieħi gravi kaġun tal-ispraturi taż-żewġ suldati Francesco Fenech u Lorin Scicluna se jkun qiegħed jixhed fil-Qorti.

 Fenech ta' 21 sena u Scicluna ta' 22 sena, qed ikunu akkużati li qatlu lil Lassana Cisse f'Ħal Far f'April li għadda u li anke ferew serjament żewġ persuni oħra.

Lassana kien miexi f'Birżebbuġa ma' żewġt irġiel oħra fi Triq tal-Ġebel fil-11:00 p.m dakinhar tal-qtil, meta nstemgħu tiri minn karozza, issuspettata li hi Toyota Starlet.

Huma qed ikunu akkużati wkoll li fi Frar li għadda saqu fuq immigrant ieħor.

Lorin Scicluna qed ikun ukoll akkużat li sar reċediv hekk kif diġà kien instab ħati fuq reat ieħor.

Aktar informazzjoni malli taslilna.

More in Qrati u Pulizija