Stmerrija għall-iżvilupp li sar fis-Swieqi wara li ġie ddikjarat bla permess mill-Qorti
Il-Qorti tal-Appell irrevokat il-permessi tal-ippjanar għal kumplessresidenzjali ta’ għaxar sulari fis-Swieqi fuq is-sit tal-eks Halland Hotel; minkejja li l-kumpless diġà huwa mibni
minn Eman Farrugia
F’deċiżjoni oħra li tikxef l-anomalija preżenti fil-liġijiet tal-ippjanar f’Malta, il-Qorti tal-Appell irrevokat il-permess ta’ kumpless residenzjali li diġà huwamibni. Il-kumpless residenzjali ta’ għaxar sulari ħa post l-eks Halland Hotel fis-Swieqi. Il-bini, li issa jiddomina x-xenarju ta’ Wied Għomor, jinsab fil-parti ta’ fuq ta’ Tal-Ibraġġ. L-iżvilupp diġà nbena iżda għadu jeħtieġxogħlijiet ta’ tlestija.
Din il-gazzetta talbet ir-reazzjoni tal-Ministru ta’ Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u minn Stanley Zammit bħala l-Kelliem tal-Partit Nazzjonalistagħall-Ippjanar.
Fil-kummenti tiegħu lil din il-gazzetta, Zammit qal illi “is-sentenzi tal-Qortital-Appell tal-13 ta’ Frar 2026 jikkonfermaw b’mod ċar u inekwivoku dak li l-Partit Nazzjonalista ilu jgħid għal snin twal: li s-sistema tal-ippjanarf’pajjiżna ma ġietx irriformata b’mod serju, iżda minflok kompliet tiġimħabbla b’aktar policies konfliġġenti u interpretazzjonijiet li joħolquanomaliji.”
Huwa kompla jgħid illi “… l-Qorti stess indikat li s-sit kien irregolat minnpolicies differenti, fosthom li kien ‘Residential Priority Area (Detached & Semi-Detached Dwellings according to Table SW(b))’ u fl-istess waqt kienhemm ukoll indikazzjoni separata li ‘To retain the existing building heights’. Dan juri b’mod ċar li l-qafas ta’ ppjanar fih innifsu qed joħloq sitwazzjoni ta’ kunflitti bejn il-policies differenti.”
Zammit sostna li dan huwa eżattament il-punt li ilu jisħaq fuqu l-PartitNazzjonalista. Huwa qal illi minflok ma ġew indirizzati dawn l-anomalijimatul dawn l-aħħar 13-il sena, il-Gvern kompla jżid aktar saffi ta’ policies u linji gwida li ħafna drabi jidħlu f’kunflitt ma’ xulxin.
Huwa kompla jinnota li mill-istess sentenza ħareġ ċar li l-Awtorità kienet qedtagħżel liema policy tapplika. “Fil-fatt, fir-rapport tagħha stess kienet indikatli l-parametri tal-Pjan Lokali ‘have been superseded by the Table 5 in Policy P28 of DC 2015’. Dan ifisser li parti mill-qafas tal-Pjan Lokali ġiet imwarrbabiex tapplika policy oħra aktar favorevoli għall-iżvilupp propost.’’
Zammit tenna li din hija konferma oħra ta’ kif l-Awtorità tal-Ippjanar, floktkun awtorità ta’ pjanar strateġiku u konsistenti, spiċċat awtorità tal-permessi. Minflok ma solviet il-kunflitt evidenti bejn policies li japplikaw għall-istesssit b’mod legali u strutturat qabel tittieħed id-deċiżjoni, l-approċċ kien li jintgħażlu policies u jitwarrbu oħrajn.
“Dawn is-sentenzi jingħaqdu ma’ ħafna oħrajn qabilhom u jenfasizzaw il-ħtieġa li ilu jitkellem dwarha l-Partit Nazzjonalista, dik ta’ riforma serja, robusta u ħolistika tas-sistema tal-ippjanar, inkluż dik tal-appelli. Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li meta jkun hemm appell, il-permess għandu jkunsospiż għal perjodu definit sakemm jinqata’ l-appell, sabiex ma jiġuxmaħluqa sitwazzjonijiet irriversibbli. Din hija riforma li trid issirb’konsultazzjoni vera u wiesgħa mal-istakeholders kollha, u mhux permezzta’ tibdiliet mgħaġġla, frammentati, b’loġika fażulla u mingħajrkonsultazzjoni bħalma prova jisforza l-Gvern inkiss inkiss f’nofs is-sajf li għadda,” kompla jgħid Zammit.
Huwa sostna li huwa proprju “għal ċirkostanzi bħal dawn li l-PartitNazzjonalista ppropona wkoll l-introduzzjoni ta’ proċess strutturat ta’ medjazzjoni u kjarifika bikrija fil-fażi tal-ippjanar. Dan il-mekkaniżmujippermetti li kunflitti bejn policies, interpretazzjonijiet u interessi jiġuidentifikati u solvuti kmieni, qabel ma l-applikazzjonijiet javvanzaw. Dan inaqqas l-inċertezza, iżid it-trasparenza, u joħloq aktar ċertezza, kemm għall-iżviluppaturi, kif ukoll għall-komunitajiet.”
Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista temm jgħid illi fl-istess ħin, il-PartitNazzjonalista jappella lill-Awtorità tal-Ippjanar biex tidħol fi proċess miftuħu trasparenti mal-partijiet kollha kkonċernati sabiex tinstab soluzzjoni li tnaqqas kemm jista’ jkun il-ħsara ambjentali u fl-istess ħin tipproteġi lill-komunitajiet li jgħixu madwar dawn is-siti.
Madanakollu, meta ġie mistoqsi dwar jekk il-binja għandhiex titwaqqa’, ma ngħatax kumment lill-gazzetta. Min-naħa l-oħra, ma ntbagħtitx tweġiba mill-Ministeru ta’ Għawdex u l-Ippjanar fil-ħin tal-pubblikazzjoni ta’ din il-gazzetta.
Saga li ilha għaddejja mill-2018
Il-proġett inkwistjoni huwa mmexxi minn Halland Developments Ltd, parti minn Tumas Group. Din ingħatat permess biex tissostitwixxi l-lukanda fi tmiem l-2018 (PA 2479/16) u aktar tard il-kumpanija ressqet applikazzjonioħra (PA 6961/20) biex temenda l-permess oriġinali, li ġie approvat fl-2022.
B’reazzjoni għal din l-approvazzjoni, grupp ta’ residenti appellaw iż-żewġpermessi mat-Tribunal ta’ Reviżjoni Ambjentali u tal-Ippjanar iżda tilfu ż-żewġ każijiet fis-17 ta’ Lulju, 2025. Sussegwentement, il-kunsilli lokali tas-Swieqi u San Ġwann, il-Perit Joe Cachia Fearne u l-Assoċjazzjoni tal-Kumpless Tal-Ibraġġ ressqu appell kontra d-deċiżjoni tat-tribunal dwar iż-żewġ permessi.
Il-permess tal-istess żvilupp ġie revokat nhar il-Ġimgħa wara li l-Qortiddeċidiet li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u t-Tribunal ta’ Reviżjoni Ambjentaliu tal-Ippjanar (EPRT) kienu aġixxew “arbitrarjament” meta ġew sabiexjapprovaw l-iżvilupp.
X’qalet il-Qorti fil-ġudizzju tagħha
Fil-ġudizzju tagħha, il-Qorti sabet li l-awtoritajiet kienu applikaw politikawaħda għas-sit filwaqt li injoraw oħra applikabbli bl-istess mod meta taw il-permessi. Iż-żewġ politiki kienu f’kunflitt iżda, l-ewwel l-Awtorità tal-Ippjanar u aktar tard it-Tribunal ta’ Reviżjoni Ambjentali u tal-Ippjanar, għażlu li japplikaw il-politika li kienet l-aktar adattata għat-talba tal-applikant.
Il-Qorti tal-Appell qalet li l-Awtorità tal-Ippjanar kellha l-ewwel issolvi l-kunflitt ta’ politika qabel ma tipproċedi bl-applikazzjoni tal-ippjanar tal-iżvilupp. Biex tkun konformi mal-liġi, il-Qorti sostniet li l-Awtorità tal-Ippjanar kellha ssolvi dan il-kunflitt fi ħdan il-pjanijiet lokali, u mhux tagħżelpolitika waħda fuq oħra.
Il-Qorti nnutat li s-sit huwa kopert minn żewġ mapep ta’ politikakontradittorji: Il-Mappa SW2, li tirrestrinġi l-iżvilupp għal abitazzjonijietseparati jew semiseparati b’għoli massimu ta’ żewġ sulari, u l-Mappa SW4, li tgħid li l-iżviluppi jridu jżommu l-għoli tal-bini eżistenti. Il-lukanda kienetgħolja madwar 26 metru, ferm ’il fuq mil-limitu ta’ żewġ sulari.
Kemm l-Awtorità, kif ukoll it-Tribunal iffokaw fuq il-politika li tippermettibini ogħla biex jiġġustifika l-permessi. Iżda d-deċiżjoni dwar liema politikatapplika ttieħdet b’mod arbitrarju, qalet il-Qorti, u żiedet li l-politiki ma jistgħux jintużaw b’mod selettiv u b’mod ad hoc.
“Eżerċizzju bħal dan huwa arbitrarju fin-natura tiegħu u ma jidhirx li twettaqskont ir-rekwiżiti tal-liġi tal-ippjanar,” iddeċidiet il-Qorti. “Dan huwa każfejn l-awtorità għażlet bejn politiki li bla dubju applikaw bl-istess mod għall-każ, bil-konsegwenza li d-deċiżjoni tagħha inevitabbilment kisret xi wħudminn dawk il-politiki applikabbli,” żiedet is-sentenza.
Il-Qorti mbagħad ipproċediet sabiex tirrevoka l-permess ewlieni sabiexjinbena l-blokk residenzjali u annullat it-tieni permess għall-istessraġunament.
Anomalija preżenti fil-liġi Maltija
Il-liġijiet tal-ippjanar attwali jippermettu lill-iżviluppaturi jipproċedu bil-proġetti tagħhom anke jekk ikun hemm appell pendenti. Dan ħoloqsitwazzjonijiet anomali, fejn il-permessi tal-ippjanar jiġu revokati fuqproġetti li jkunu diġà nbnew.
Din l-anomalija fil-liġi tirriżulta f’sitwazzjoni fejn il-proġetti jistgħu jitlestewu jiġu ffinalizzati , biex imbagħad jiġu revokati l-permessi tagħhom u għaldaqstant jibdew jitqiesu bħala żvilupp illegali fi stadji aktar tard.
Dawn l-iżviluppi illegali; illi jvarjaw mill-bini ta’ mijiet ta’ appartamentimill-iżviluppatur Joseph Portelli sal-bini ta’ lukanda fil-Mellieħa żviluppataminn Mark Agius u Joseph Portelli, u saħansitra anke kumpless fuq ix-xattmibni mill-aġenzija statali Transport Malta; xorta waħda jitħallew jibqgħumibnija, anke wara li l-permessi tagħhom jiġu revokati.
Riforma proposta tal-liġijiet tal-ippjanar, jekk tiġi approvata mill-Parlament, tfisser illi jsir l-iffriżar ta’ proġetti ta' żvilupp li huma soġġetti għal appell, iżda fl-istess waqt tipprojbixxi wkoll lill-qrati milli jirrevokaw il-permessi.
