Muscat jgħid li xi wħud mill-istituzzjonijiet 'qed jaħdmu kontra l-Laburisti'

L-eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat akkuża wħud mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż li qed “jaħdmu kontra l-Laburisti” waqt jilagħqu l-‘establishment’ li qed jagħmel vendetta politika fuqu u fuq il-pajjiż

Ritratt ta' James Bianchi / ILLUM
Ritratt ta' James Bianchi / ILLUM

Dan l-artiklu ġie aġġornat bil-kumplament tal-informazzjoni fit-3:22pm

L-eks Prim Ministru Laburista Joseph Muscat akkuża wħud mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż li qed “jaħdmu kontra l-Laburisti” waqt jilagħqu l-‘establishment’ li kien qed jagħmel vendetta politika fuqu u fuq il-pajjiż.

Muscat akkuża lid-detraturi tiegħu li ppruvaw “ixxekklu l-ħidma tal-gvern” billi ssegwi l-ilment kriminali dwar il-Gvern.

Muscat, bħal Prim Ministru Robert Abela, esprima xettiċiżmu għall-għażla tad-data li fiha l-Maġistrat Gabriella Vella kienet ressqet il-konklużjonijiet tagħha.

“Dan il-każ ħa ħames snin, miljuni ta’ ewro, u biss wara li mħallef ieħor qal li se jittieħdu passi jekk din l-inkjesta ma tiġix finalizzata... flimkien ma’ indikazzjonijiet li r-Repubblika għandha ħjiel dwar ir-riżultat tal-inkjesta... turi li dan il-proċess kollu ġie vvizzjat.”

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Belt Valletta, Muscat semma għal darba oħra li hu ma jibżax jaffaċja minn kwlainkwe tip ta’ ġustizzja, u li flimkien ma familtu huwa lest għal proċess legali kollu.

Dan filwaqt li assigura li prosekuturi se “jwieġbu għal emilhom.” 

Muscat qal ukoll li elementi ġewwa l-qorti kienu storikament aliġendi ma’ stabbiliment Nazzjonalista.

“Il-PN u r-Repubblika jikkritikaw lill-AĠ il-ħin kollu… ċertament li kull prosekuzzjoni kontrija mill-AĠ ma tagħmilni fl-ebda vantaġġ. Iva, il-maġistrat aġixxa politikament. Imma għandi fiduċja f’membri oħra tal-ġudikatura.”

‘Inkjesta mniġġsa bi preġudizzju’

L-avukat tal-eks PM Charlon Gouder qal li Muscat qatt ma kien indikat bħala suspettat fl-ilment li tressaq fil-qrati mill-NGO Repubblika.

Gouder sostna li l-inkjesta kienet imċappsa mill-lealtà politika tal-familjari tal-Maġistrat Vella u d-dikjarazzjonijiet li għamlu fuq il-midja soċjali dwar l-inkjesta.

Qal ukoll li Muscat qatt ma kien mitlub jixhed qabel din l-inkjesta, minkejja x-xewqa tiegħu li jagħmel dan.

AQRA UKOLL:

Repubblika titlob il-publikazzjoni sħiħa tal-inkjesta Vitals

Abela jħabbar il-ħruġ ta’ sejħa għar-Repożitorju Ċentrali tad-Dejta li jnaqqas il-burokrazija żejda

L-inkjesta tal-Vitals tingħalaq, b'78 kaxxa ta' evidenza f'idejn l-AĠ

Bernard Grech jitlob l-AĠ u l-Kummissarju tal-Pulizija jaġixxu minnufih

More in Politika