Kummisarju tal-Istandards ma jistax jinvestiga r-racket tat-testijiet tas-sewqan minħabba proċeduri tal-Qorti

Bħalissa għaddejjin proċeduri fil-Qorti kontra tliet eks uffiċjali ta’ Transport Malta, akkużati li għenu individwi biex jiksbu liċenzji tas-sewqan permezz ta’ mezzi illeċiti

Il-Kummissarju tal-Istandards, Joseph Azzopardi, irrifjuta li jeżamina ilment dwar ir-racket tat-testijiet tas-sewqan u konversazzjonijiet privati bejn il-Ministru Ian Borg u Direttur ta’ Transport Malta.

Id-deċiżjoni, li nħarġet fit-12 ta’ Jannar, semmiet l-evitar ta’ preġudizzju għall-proċeduri tal-Qorti li għaddejjin bħalissa relatati mal-każ ta’ korruzzjoni. Barraminnhekk, l-ilment kien ikkunsidrat preskritt peress li l-azzjonijiet allegati seħħew aktar minn sena qabel is-sottomissjoni tiegħu.

Bħalissa għaddejjin proċeduri fil-Qorti kontra tliet eks uffiċjali ta’ Transport Malta, akkużati li għenu individwi biex jiksbu liċenzji tas-sewqan permezz ta’ mezzi illeċiti. Konversazzjonijiet fuq Whattsapp żvelaw li uffiċjali tal-Gvern tkellmu fuq xi kandidati mad-direttur tal-liċenzjar, li mbagħad assenjahom eżaminaturi favorevoli jew li għaġġlu l-proċess tat-test tas-sewqan.

Il-politiku indipendenti Arnold Cassola ressaq l-ilment f’Ottubru, fejn irrikonoxxa li d-deċiżjoni tal-Kummissarju taderixxi mal-protokolli legali. Cassola iżda kkritika il-qafas leġiżlattiv, fejn sostna li jiffavorixxi l-interess personali fuq il-ġustizzja minħabba l-perjodu preskrittiv ta’ sena introdott b’appoġġ parlamentari unanimu kemm mill-partit Laburista kif ukoll mill-Partit Nazzjonalista.

More in Politika