Operatur ieħor f’Kemmuna b’deckchairs u l-ERA tibqa’ siekta

Is-sors qal illi huwa ċar li jekk ma jkunx hemm direzzjoni mill-Prim Ministru Robert Abela innifsu, l-ebda Ministru mhu se jieħu l-inizjattiva. 'Bħal donnu hemm biża’ totali. Kulħadd jistenna għas-sinjal ta’ Abela biex jieħdu azzjoni'

Minkejja dak kollu li smajna u intqal dwar Kemmuna mill-Gvern ta’ Robert Abela jidher li se tingħata konċessjoni oħra lill-persuna oħra hekk kif l-ERA ikkonfermat li kien hemm operatur ieħor b’deck chairs fuq in-naħa tal-Blue Lagoon. Dan ikkonfermatu mal-ILLUM l-ERA ma’ għaqda ambjentali.

L-ERA qalet illi kienet preżenti fuq il-post u talbet biex l-operatur jiċċaqqlaq ftit għal post fejn hemm inqas veġetazzjoni. Minkejja dan, l-ERA indikat li dan l-operatur kien se jingħata konċessjoni xorta waħda.

L-għaqdiet ambjentali li kellmu lil din il-gazzetta saqħu li dak li qalu l-Ministru Clayton Bartolo u Stefan Zrinzo Azzopardi kien ċar li diħlin għal sajf ieħor ta’ anarkija totali f’Kemmuna.  L-istess Kelliem sostna wkoll illi Miriam Dalli, li taħta taqa’ l-ERA, “mhijiex effiċjenti u hi bla snien. Kemmuna, sit ta’ Natura 2000, mhux qed tingħata l-attenzjoni li tant jistħoqqila u kollox qed isir bi tqanżih.”

Is-sors qal illi huwa ċar li jekk ma jkunx hemm direzzjoni mill-Prim Ministru Robert Abela innifsu, l-ebda Ministru mhu se jieħu l-inizjattiva. “Bħal donnu hemm biża’ totali. Kulħadd jistenna għas-sinjal ta’ Abela biex jieħdu azzjoni,” qal is-sors. Din il-persuna żieded tgħid li d-dwejjaq tan-nies issa qed tiżdied u kulħadd huwa imxebba bin-nuqqas ta’ aazzjoni fil-konfront ta’ min irid jirrombla u jibqa’ għaddej.

Huwa ikkonfermat li fit-23 ta’ Ġunju numru ta’ għaqdiet ambjentali se jiltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela. Is-sors tal-ILLUM qal illi m’għandhomx aspettattivi kbar dwar x’jista’ jirriżulta f’din il-laqgħa. Tant hu hekk li s-sors qalet illi l-aħħar darba li ltaqgħu mal-Prim Ministru, “ma ħareġ xejn konkret. Ħafna paroli u xejn azzjoni. Issa għadda ż-żmien tal-paroli, hemm bżonn ta’ azzjoni immedjata u dan jinkludi bidla fil-policies u kif ukoll r-rieda li ssir xi ħaġa.”  

Fakkar li Kemmuna għandha tliet sfidi kbar: l-influss ta’ turisti u l-Maltin u l-Għawdxin li jżuruha, l-iżvilupp ta’ Melo Hili u d-dgħajjes ħadu l-bajjiet u għamluha tagħhom. “Mil-lat turistiku, ambjentali u ta’ ippjanar assolutmanet ma jistax ikun li nibqgħu naċċettaw kollox,” qal is-sors.  

Fl-aħħar huwa qal illi l-Minitru Dalli “qed turina kemm qegħda hemm għal xejn. Ara x’ġara fl-iżvilupp propost fis-Simar mill-Perit Tancred Mifsud. Allajbierek ma sabu l-ebda raġuni għaliex joġġezzjonaw għall-appartamenti ma’ ġenb riserva naturali.”   

More in Politika