Bartolo jisħaq li Muscat qed juża lill-Kabinett li kellu bħala paraventu għall-proġett tal-VGH

Muscat sostna li l-istadji kollha fil-konċessjoni saru b'diskussjonijiet kontinwi u deċiżjonijiet dokumentati tal-Kabinett ta' dak iż-żmien

L-eks Ministru Evarist Bartolo fi stqarrija saħaq li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat qed juża lill-Kabinett, li dak iż-żmien kif fih huwa wkoll, bħala paraventu għall-proġett tal-VGH. "Dan ġust?" staqsa Bartolo. 

Infakkru li lbieraħ, Muscat sostna li “l-istadji kollha fil-konċessjonijiet tal-Istparijiet, li kienet tinkludi sptarijiet li kienu ilhom snin mitluqa jew magħluqa, saru b’diskussjonijiet kontinwi u deċiżjonijiet dokumentati tal-Kabinett. Biex sar hekk, il-proċess kellu jgħaddi mill-iskrutinju legali." 

Fil-fatt il-Kandidat Indipendenti Arnold Cassola wkoll irreaġixxa għal dan u qal illi din hija implikazzjoni mill-aktar serja, speċjalment għax jimplika politiċi veterani fosthom Edward Scicluna, Leo Brincat u Evarist Bartolo fost oħrajn. 

Muscat qal illi jħeġġeġ kwalunkwe investigazzjoni oħra li jista' jkun hemm dwar din il-konċessjoni, anke wara rapport tal-Awditur Ġenerali u kawża fil-Qorti. "Dan għaliex irrid li l-fatti kollha jkunu magħrufa. Dejjem aġixxejt fl-interess tal-poplu u n-nies ta' rieda tajba dan jafuh," qal Muscat. 

 

More in Politika