Il-Partit Nazzjonalista jesiġi tweġibiet u trasparenza dwar l-inċident tan-nirien fl-Isptar ta' Għawdex

Stephen Spiteri, Alex Borg u Adrian Delia jistaqsu jekk kienx hemm biżżejjed miżuri ta' saħħa u sigurtà, fost oħrajn...

Ix-xena ta' pazjenti jinħarġu barra waqt li jiġu kkontrollati n-nirien
Ix-xena ta' pazjenti jinħarġu barra waqt li jiġu kkontrollati n-nirien

Il-Partit Nazzjonalista irreaġixxa għall-inċident ta' nirien fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex f'Jum il-Milied u innota kif minkejja li huwa fortunat li ma weġġa' ħadd, xorta saħaq li hemm bosta mistoqsijiet li jridu jiġu mwieġba. 

Id-Deputati Nazzjonalisti Stephen Spiteri, Alex Borg u Adrian Delia staqsew x'wassal biex qabdet is-server room, kemm damet ma ngħatat għajnuna u jekk kienx hemm bżżejjed miżuri ta' saħħa u sigurtà. 

"Fuq kollox, il-poplu għadu qed jistaqsi x'sar minnu l-investiment fl-isptar il-ġdid li suppost kellu jinbena f’Għawdex, iżda li għad lanqas biss hemm ħjiel tiegħu," ikomplu jgħidu t-tliet Deputati. 

Huma temmew jisħqu li hemm bżonn illi l-Gvern ikun trasparenti dwar din il-kwistjoni, "anke fid-dawl tal-miljuni li l-Gvern ta’ Robert Abela għadu qed jagħti ta’ kull sena lil ta’ Steward, biex inċidenti bħal dawn ma jerġgħux iseħħu."

More in Politika