Servizz ridott ta' trasport pubbliku għal Jum il-Milied u Jum l-Ewwel tas-Sena

... Is-servizz jiġi sospiż kompletament bejn nofsinhar u t-3:00 p.m. biex il-ħaddiema ta’ Malta Public Transport ikunu jistgħu jiċċelebraw il-festi mal-maħbubin tagħhom.

Għal Jum il-Milied u Jum l-Ewwel tas-Sena il-Malta Public Transport se tkun qed topera servizzi ridotti. 

Ir-rotot kollha se jkunu qed joperaw abbażi tal-iskeda tal-Ħadd, bis-servizz jiġi sospiż bejn nofsinhar u t-3:00 p.m. biex il-ħaddiema ta’ Malta Public Transport ikunu jistgħu jiċċelebraw il-festi mal-maħbubin tagħhom.

Matul dal-jumejn, ir-rotot se jitilqu mill-Belt Valletta u lokalitajiet oħrajn bejn il-11:00 u l-11:30 u mbagħad jerġgħu jibdew bis-servizz bejn it-3pm u l-4pm skond l-iskeda rispettiva. L-aħħar vjaġġ se jsir bejn it-8:00 p.m u t-8:30 p.m. skont it-tul tal-vjaġġ. Ir-rotta 13A se tkun estiża sal-23:00 u s-servizz ta’ bil-lejl għar-rotta N13 se jkun ipprovdut.

Ir-rotot l-oħra ta’ bil-lejl mhux se jkunu qed joperaw. Intant, servizz speċjali se jkun qed jopera nhar lejliet l-Ewwel tas-Sena.

Il-postazzjonijiet tal-biljetti ta’ Malta Public Transport, kif ukoll iċ-ċentru telefoniku se jkunu magħluqa f’jum il-Milied u f’jum l-Ewwel tas-Sena.

More in Politika