Anke mal-ILLUM... Coleiro Preca ma' twiġibx il-mistoqsijiet tal-ILLUM dwar l-emenda tat-tqala

Coleiro Preca tinsisti li titkellem 'meta jkun il-waqt' 

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca waqt intervista mal-gazzetta ILLUM tirrifjuta li twieġeb mistoqsijiet ta' dan is-sit dwar l-emenda li qed iressaq il-Gvern, jiġifieri dik li tagħti s-setgħa lit-tobba li jitterminaw it-tqala f'każ li kumplikazzjonijiet tat-tqala jistgħu jirriskjaw il-ħajja tal-omm. 

Dan is-sit tkellem ma' Coleiro Preca u meta staqsiet għal-liema raġuni din ma kinitx se twieġeb, hija saħqet li beħsieba titkellem meta jkun il-waqt. Din hija t-tieni darba li Coleiro Preca irrifjutat li twieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fuq dawn l-emendi, minkejja li hija firmatarju tal-position paper li tmur kontra dawn l-emendi u li hija appoġjata mill-Partit Nazzjonalista stess. 

Intant l-ILLUM se tkun qed jippubblika l-intervista sħiħa nhar il-Ħadd li ġej, fejn fost oħrajn tiddiskuti l-femiċidji, il-Korp tal-Pulizija u l-Qrati fost oħrajn. 

More in Politika