'Imxi skont il-kuxjenza' Delia jikteb ittra lill-President biex ma jiffirmax l-emenda tat-tqala

Din l-emenda tagħti s-setgħa lit-tobba biex itemmu tqala f'każ ta' kumplikazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' theddida ħajja tal-omm

Id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia kiteb ittra, f'inizjattiva personali tiegħu, lill-President tar-Repubblika George Vella biex ma jiffirmax l-emenda li qed iressaq il-Gvern, dik li tagħti s-setgħa lit-tobba Maltin biex itemmu t-tqala f'każ li l-kumplikazzjonijiet mediċi li jinqalgħu li jistgħu ikunu ta' theddida għall-ħajja tal-omm. 

Minkejja dan, il-Kostituzzjoni ma tippermettix li l-President ma' jiffirmax għal-liġi. Minkejja dan, il-President George Vella f'intervista mal-ILLUM u diversi drabi oħra irrimarka li fil-Presidenza tiegħu huwa ma jaċċettax li jiddaħħal l-abort, fil-fatt qal li "liġi dwar l-abort jiena ma niffirmahiex u nirriżenja." 

Intant Delia appella biex il-President jimxi skont il-kuxejnza u "mat-twemmin tiegħu li jirriflettu dak imnaqqax fil-Kostituzzjoni nnifisha." Huwa appella wkol biex bħala persuna, bħala tabib li ħalef li jsalva l-ħajja, bħala President tar-Repubblika, bħala t-tutelant tal-Kostituzzjoni biex "jibqa' sod, tibża xejn, tħares lejn ħadd u xejn u tabdikax mir-responsabilità tant nobbli tiegħek."

More in Politika