Baġit 2023 | Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda' studju dwar il-fattibilità tar-reklamazzjoni tal-art

Il-Ministru insista li fl-aħħar xhur il-Gvern iltaqa 'mal-esperti biex ikunu esplorati proġetti li jirrispettaw u jtejbu l-ambjent u anke jagħtu lill-pajjiż il-valur miżjud

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, ħabbar li l-Gvern għaddej b'ħidma dwar ir-reklamazzjoni tal-art.

"Fl-aħħar xhur iltqajna mal-esperti biex nesploraw numru ta’ proġetti li mhux biss jirrispettaw u jtejbu l-ambjent iżda jagħtu lil dik iż-żona u fl-aħħar nett lil pajjiżna l-valur miżjud li jixraqlu," qal il-Ministru.

Kien hawn li spjega li l-pass li jmiss f’dan il-proġett huwa li fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin jingħata bidu għal studju li għandu jiddetermina l-fattibilità ekonomika u finanzjarja, u l-impatt ambjentali u soċjali li proġetti ta' reklamazzjoni tal-art jista' jkollhom fuq il-pajjiż.

More in Politika