Robert Abela japplika sabiex iwaqqa' u jibni l-Villa f'żona ODZ fiż-Żejtun mill-ġdid

Din l-istess villa kienet f'kontroversja f'nofs l-Elezzjoni Ġenerali ta' din is-sena wara li kien żvelat mill-ġurnali li s-sidien tagħha kienu ġew preklużi milli jbigħu l-villa lil terzi persuni, minħabba lista ta' regolaritajiet

Robert u Lydia Abela ppreżentaw pjanijiet biex titwaqqa’ l-villa taż-Żejtun li xtraw fl-2017, tliet xhur biss wara li numru ta' regolaritajiet ġew sanzjonati mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-pjanti mressqa mill-perit rinomat Ray Demicoli juru bini ta' villa b'garaxx, residenza fuqha, pixxina u kif ukoll "tisbiħ" madwar il-proprjetà ta' 2,200 metru kwadru.

Il-Prim Ministru u martu xtraw il-villa bl-isem 'Ċinja', f’Lulju 2017 mingħand koppja anzjana, jiem wara li l-PA ssanzjonat diversi illegalitajiet fuq is-sit. Huma xtraw il-proprjetà bl-isem għal prezz ta' €600,000.

Din l-istess villa kienet f'kontroversja f'nofs l-Elezzjoni Ġenerali ta' din is-sena wara li kien żvelat mill-ġurnali li s-sidien tagħha kienu ġew imwaqqfa milli jbigħu l-villa lil terzi persuni, minħabba lista ta' ksur.

Abela dak iż-żmien kien l-avukat ewlieni tal-Awtorità tal-Ippjanar meta f’April 2017, il-Kummissjoni tal-Ippjanar approvat it-talba biex jiġu regolarizzati alterazzjonijiet u żidiet illegali fl-abitazzjoni. Il-permess ma kienx jinkludi l-ebda involviment milll-uffiċċju legali tal-PA.

Il-kuntratt li jiċċertifika l-bejgħ ta’ proprjetà ta’ €600,000 lil Abela ġie ffirmat fl-10 ta’ Lulju, 2017 iżda x-xogħlijiet mhux awtorizzati fuq il-villa ta’ Triq Xrobb l-Għaġin kienu saru qabel l-1994.

Fost il-kwistjoni misjuba mill-PA kien hemm l-estesjonijiet illegali illi rduppjaw id-daqs tal-farmhouse. Dan għaliex filwaqt li seta’ jiġi estiż biss sa massimu ta’ 200 metru kwadru tal-art il-farmhouse kienet titkejjel 352 metru kwadru u tibqa' għaddejja minn art ODZ (art barra miż-żona tal-iżvilupp).

F'nofs l-Elezzjoni, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien akkuża lill-Prim Ministru illi għamel użu mill-pożizzjoni tiegħu fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar dabiex "jinfluwenza l-proċess tax-xiri tal-villa." Iżda Abela kien ċaħad dawn l-akkużi u fakkar li dak iż-żmien kien għadu kif jiġi elett bħala Membru Parlamentari.

More in Politika