Jason Azzopardi jirriżenja mill-Partit Nazzjonalista imma mhux qabel ma jiftaħ il-kanuni fuq Grech

L-eks deputat Nazzjonalista allega li Bernard Grech kien imwiegħed donazzjoni minn qraba ta’ kriminal biex jappoġġja offerta ta’ maħfra presidenzjali

L-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rriżenja mill-Partit Nazzjonalista permezz tal-paġna personali tiegħu ta' Facebook. Dan mhux qabel ma' offra iktar dettall fuq akkuża li għamel hu stess nhar is-Sibt li għadda meta allega li l-Partit Nazzjonalista aċċetta donazzjoni bit-tama li xi ħadd jingħata proklama.

Issa Azzopardi qiegħed issotni li l-Kap tal-PN Bernard Grech iltaqa’ ma’ qraba ta’ kriminal f’ikla ma' numru ta' negozjanti lura f'Diċembru tal-2021. Skont Azzopardi, dakinhar Grech ġie avviċinat biex jappoġġja maħfra presidenzjali.

Il-ġurnal MaltaToday irraporta li dawn "in-negozjanti" m'huma ħadd ħlief kuġini ta' Yorgen Fenech, li m'għadhomx parti mill-kumpanija ta' Tumas. Fenech huwa akkużat li wettaq il-qtil ta’ ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u Grech ħatfu fil-kelma.

L-istorja kollha bdiet is-Sibt, meta kmieni filgħodu fuq l-istazzjon tar-radju tal-Knisja, Grech qal illi “kulħadd għandu data tal-iskadenza.” Sintedni huwa għamel dal-kumment b’referenza għal Jason Azzopardi li ma kienx elett, kemm mir-raba’ u anke mid-disa’ distrett.

Kien hawn fejn Azzopardi dar fuq il-midja soċjali u beda' billi kiteb dwar kemm, skont hu, iħoss li hi ironika illi persuna li ma jafx kemm se jdum fil-partit qed jitkellem fuq id-data tal-iskadenza ta’ ħaddieħor. Ma kienux għaddew 30 minuta li Azzopardi ma reġgħax kiteb fuq Facebook, viżibbilment urtat.

Hu għalhekk li b’qalbi maqsuma nirrikonoxxi għal kollox x’ried ifisser l-Kap tal-PN meta qal li jien u allura min jifhimha bħali hu skadut u eskluż mill-Partit Nazzjonalista. Bi kliemu u b’egħmilu għamilni orfni politiku, l-istess bħal ħafna li jgħidu li m’għadhomx jagħrfu ‘l-PN, il-Partit li kienu jgħożżu u li issa rendihom orfni politiċi. Ilum qed nifhimhom. Jason Azzopardi

Din id-darba implika li huwa stess kien li prova jwaqqaf milli issir donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista bil-ħsieb li xi ħadd jakkwista maħfra presidenzjali għal xi qarib. Hu jgħid li din id-donazzjoni kienet se ssir fl-2021 meta Grech kien diġà Kap tal-partit, iżda ma speċifikax għal min kien qiegħed jirreferi.

Lura għal preżent: L-eks Deputat sostna wkoll li negozjant ieħor tal-‘appliances’ preżenti għal-laqgħa “li ismu jibda b’O” qal lil Grech li qatt ma kien se jivvota lill-PN sakemm Azzopardi jibqa' deputat. Sostna li Grech wieġeb billi qal: “Kellimni wara l-elezzjoni,” li jimplika li l-PN mhux se jpoġġi l-isforzi tiegħu wara l-elezzjoni mill-ġdid ta’ Azzopardi fl-elezzjoni tal-2022.

More in Politika