L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta jilqa' t-tneħħija tal-miżuri kontra l-Covid-19

'Ninsabu kuntenti li t-turisti issa jistgħu jagħżlu jekk jilbsux il-maskra jew le, fil-bini'  - MIA

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta (MIA) jilqa' t-tneħħija tar-rilaxx ta' numru ta' miżuri u jisħaq li dan huwa pass pożittiv lejn id-direzzjoni t-tajba. Dan hekk kif mil-lum il-maġġoranza tal-miżuri kontra l-imxija tal-Covid-19 tneħħew. 

Fi stqarrija l-Ajruport jgħid li l-MIA flimkien mal-istakeholders kollha li kienu jaħdmu fih għamlu dak kollu possibli biex jiġi mħares il-benesseri ta' dawk it-turisti li jagħżlu li jiġu pajjiżna.

Dan l-impenn wassal biex fl-2021 l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta sar wieħed minn disa' ajruporti, minn madwar id-dinja, li huma akkreditati b' ħames stilel mil-lat ta' saħħa u sigurtà

Filwaqt li l-Ajruport jisħaq li se jkompli jimplimenta l-miżuri meħtieġa għall-indafa madwar it-terminal tal-ajruport, jisab kuntent li t-turisti se jingħataw l-opportunità biex jagħżlu jekk għandhomx jilbsu maskra jew le fil-bini, b'mod partikolari issa li resqin ix-xhur sajfin. 

Minkejja dan, is-sistema tal-pajjżi ħomor u ħomor skuri se tinżamm hekk kif maqbul u miftihiem ma' pajjiżi oħra. L-MIA tisħaq li tinsab ħerqana li tara t-tneħħija ta' din il-miżura wkoll. 

Liema miżuri tneħħew? Lilek kif se tolqtok? 

  • Daqsekk kwarantina għall-kuntatti primarji kif ukoll dawk li jgħixu taħt l-istess saqaf ma' persuna li tkun pożittiva. Madankollu, jekk persuna tkun pożittiva għall-Covid-19 trid tagħmel sebat ijiem kwarantina.
  • L-ilbies tal-maskri se jkunu obbligatorji biss fi sptarijiet, kliniċi, djar tal-anzjani u titjiriet. Minkejja dan huwa rekomandat li jintlibsu fuq it-trasport pubbliku, ħwienet, stabbilimenti u f'postijiet fejn ikun hemm ħafna nies. 
  • Il-Formola Passenger Locator Form (PLF) li timtela' meta persuna tkun qed tivjaġġa lejn Malta twaqqfet uffiċjalment mil-lum. 

More in Politika