Abela se jdaħħal żewġ membri ġodda fil-Kabinett: Rebecca Buttigieg u Alicia Bugeja Said

Buttigieg se tkun Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza taħt il-Ministru Byron Camilleri u Bugeja Said għas-Sajd u Akwakultura taħt il-Ministru Anton Refalo

Il-Kabinett se jkun qed jikber b'żewġ membri oħrajn, it-tnejn nisa. Dawn huma Rebecca Buttigieg u Alicia Bugeja Said, li fil-fatt jingħaqdu ma' diversi nisa oħrajn. Fil-fatt Buttigieg u Bugeja se jingħaqdu ma' Miriam Dalli, Julia Farrugia Portelli u anke Alison Zerafa Civelli biex b'kollox issa se jkun ħames nisa fil-Kabinett. 

Farrugia Portelli hija l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur u Dalli Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża. Zerafa Civelli hija s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali fil-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. 

Kif kienet żvelat il-gazzetta oħt Maltatoday dawn it-tnejn se jkunu responsabbli tal-Ugwaljanza fil-każ ta' Rebecca Buttigieg u għas-Sajd u Akwakultura, fil-każ ta' Alicia Bugeja Said. 

More in Politika