'Il-mandat se nsarrfuh f'ħidma aktar qawwija' - Il-PM iħabbar rebħa 'b'saħħitha'

F'kollegament telefoniku fuq TVMnews+, Abela qal li l-indikazzjonijiet huma ċari, jiġifieri li l-PL kiseb maġġoranza b'saħħitha

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, kkonferma ir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista.

F'kollegament telefoniku fuq TVMnews+, Abela qal li l-indikazzjonijiet huma ċari, jiġifieri li l-PL kiseb maġġoranza assoluta.

Fakkar li dan huwa l-ewwel mandat tiegħu biex imexxi l-pajjiż u wiegħed li jsarraf dan f'ħidma għall-poplu.

Saħaq li minn għada, tkompli l-ħidma lejn in-normalità bil-Gvern se jibqa' ffukat biex jagħmel il-bidliet u jwettaq ir-riformi neċessarji.

Appella biex iċ-ċelebrazzjonijiet isiru bil-kalma u b'rispett sħiħ lejn xulxin.

More in Politika