Fi stqarrija s-Sindku ta' Bormla Alison Zerafa Civelli qalet illi l-Kunsill Lokali ta' Bormla jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħabbar il-Prim Ministru u li permezz tagħha art li kienet moghtija lili-Universita’ Arnerikana ta’ Malta fi Triq il-Karrnnu, lill-Univerità Amerikana ta' Malta se tingħata lura lill-pubbliku.
Hija fakkret li oriġinarjament hija kienet oġġezzjonat għall-permess meta lura fl-2020 inħatret fil-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. "Għaldaqstant, bid-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru u l-konferma illi l-art kienet ġiet illiberata u kienet ser tingħata lura lill-poplu, il-Kunsill Lokali jemmen Ii pprevaliet ir-rieda tal-maġġoranza u dak li kien ta’ Borrmla reġa’ ingħata lura lir-residenti."
Zerafa Civelli esprimiet it-tama li jitnieda proċess ta' diskussjoni biex iż-żona tkun riġenerata u tkun tista' titgawda mir-resident.
Nhar it-Tnejn filgħaxija fuq il-programm Xtra l-PM Abela ħabbar li l-Gvern se jieħu lura l-art fiż-Żonqor li kienet ingħatat lill-iżviluppaturi Sadeen, wara l-proġett tal-Università Amerikana ta' Malta li ftit li xejn qabad art u laħaq it-tragwardi ta' studenti li kien fassal. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif Sadeen kien għamel telf ta' miljuni fl-ewwel tliet snin topera Malta u kienet laħqet biss kwart tal-miri f'termini ta' studenti.
Permezz ta' dan il-proġett ġie restawrat il-bini f'Baċir Nru. 1 li fil-fatt ingħata wiċċ kompletament ġdid numru ta' snin ilu.