Chris Fearne jiċċara li għall-purċissjonijiet bil-Bambin ma hemmx bżonn barrikati

Ilbieraħ l-organizzaturi tal-purċissjonijiet irċevew imejl tinfurmahom li biex jingħata l-permess, hemm bżonn li fost protokolli oħra, jittellgħu barrikati tul ir-rotta tal-purċissjoni

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasd-Saħħa Chris Fearne saħaq li għall-purċissjonijiet bil-Bambin ma hemmx bżonn li jkun hemm barrikati.

Huwa qal dan wara li lbieraħ l-organizzaturi tal-purċissjonijiet irċevew imejl tinfurmahom li biex jingħata l-permess, hemm bżonn li fost protokolli oħra, jittellgħu barrikati tul ir-rotta tal-purċissjoni.

Madanakollu, waqt konferenza li saret illum, il-Ministru Fearne insista li l-protokolli l-oħra, inkluż l-ilbies tal-maskra, ir-reġistrazzjoni u t-teħid tat-temperatura jibqgħu essenzjali, iżda għall-purċissjonijiet ma hemmx bżonn barrikati, kif hemm bżonn għal attivitajiet oħra.

Appella biex min jista' jgawdi dawn il-purċissjonijiet mill-gallariji u mill-bibien tad-djar jagħmel hekk biex ma jkunx hemm iffular fit-toroq.

More in Politika