Iż-żieda fil-każi tippersisti iżda jerġgħu jonqsu l-pazjenti bil-Covid-19 f'Mater Dei

F'Mater Dei hemm 11-il pazjenti biss bil-Covid-19 bl-għadd ta' pazjenti fl-ITU jibqa' ta' tnejn

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 95 każ ġdid ta' Covid-19 hekk kif iż-żieda fil-każi tippersisti. Fl-aħħar 24 siegħa fiequ wkoll 70 pazjent.

Dan ifisser li bħalissa f'Malta hawn 1,213-il każ attiv ta' Covid-19.

Anke jekk dawn qed jiżdiedu ġurnata wara l-oħra, l-għadd ta' pazjenti f'Mater Dei jibqa' wieħed taħt kontroll.

Fil-fatt, bejn il-bieraħ u l-lum, komplew jonqsu l-pazjenti fl-isptar.

F'Mater Dei hemm rikoverati 11-il pazjent u minn dawn tnejn jinsabu fl-ITU.

123,944 persuna ħadu l-booster tal-vaċċin hekk kif issa din qed tingħata anke lil dawk li għandhom bejn 50 u 59 sena.

More in Politika