Gafà jirriżenja wara attakk omofobiku
Neville Gafà l-enfant terrible, ir-radikali filo Putin, u omofobiku
Neville Gafa'
More in Politika
Neville Gafà l-enfant terrible, ir-radikali filo Putin, u omofobiku
L-esponent u blogger Neville Gafà, li kien impjegat mal-Uffiċju tal-Prim Ministru, ħabbar li tefa' r-riżenja tiegħu nhar is-Sibt wara li ppubblika artiklu li kien immirat lejn it-tifla ta' Jennifer Tabone, l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nisa Laburisti.
Tabone irriżenjajt mill-kariga tagħha fejn stqarret li ma qablitx mad-direzzjoni tal-Partit Laburista b’mod speċjali fil-każ tar-riforma fl-ippjanar. Gafà kien magħruf għal kitbiet kattivi, omfobiċi u kif ukoll misoġnisti tiegħu. Iżda inkredibilment sab xogħol fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
L-artiklu ta' Gafà, li tneħħa minn fuq is-sit tiegħu ftit wara li kien ippubblikat, kien jgħid li "tfal m'għandhomx bżonn ġeneri ġodda imma ġenituri bis-sens komun".
Din mhux l-ewwel darba li Gafà attakka lil Tabone, fejn kien qal li għandha "ilsienha velenu u moħħa biex tidher bravu," filwaqt li akkużaha li kienet tipprova tingħoġob ma' Keith Schembri, l-eks Kap tas-Segretarjat ta' Joseph Muscat, wara li kkritikat lil Ian Borg meta innomina lill-President Amerikan Donald Trump għall-Premju Nobel għall-Paċi.
Interessanti li l-kritika għall-mossa ta Borg kienet ġejja mingħand Nikita Alamango u mhux minn Tabone.
Gafà skuża ruħu fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu fejn qal li dak li kiteb kienet biss l-opinjoni tiegħu u mhux il-pożizzjoni tal-Partit Laburista fuq is-suġġett.
Ħafna huma tal-fehma li l-artiklu b'ton dispreġattiv lejn ġenituri LGBTQ rifes fuq il-kallijiet ta' membri tal-PL, inkluż membri tal-kabinett li ma qablux ma dak li kiteb Gafà.
Gafà, minkejja li jippreżenta ruħu bħala Laburist akkanit, għandu diversi opinjonijiet li jxeqilbu 'l bogħod minn dawk tal-partit.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Gafà inqabad fuq vidjo "inaddaf" il-Monument tal-Assedju l-Kbir mill-fjuri u x-xemgħat dedikati lill-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia. Għemil li hu ddeffenda kontwinament, u wieħed li l-Prim Ministru Robert Abela rrifjuta li jikkundana nhar l-Erbgħa li għadda meta mistoqsi minn diversi ġurnalisti.
Abela wkoll irrifjuta li jikkundana l-kummenti ta' Gafà rigward il-pożizzjoni li Malta ħadet fuq l-Ukrajna, li hu ddiskrieva bħala "Nażista".
Gafà kellu l-kariga ta' koordinatur ta' customer care fl-Uffiċju tal-Prim Ministru taħt is-Segretarjat Parlamentari ta' Andy Ellul, u qabel dan kien jieħu ħsieb il-customer care tal-OPM taħt Joseph Muscat.
Sakemm morna għall-istampa ma stajniex nikkonfermaw jekk Neville Gafà hux ħa jibqa joffri s-servizzi tiegħu fil-kwartieri ġenerali tal-Partit Laburista ġewwa l-Ħamrun.
S'issa għadna ma nafux jekk Neville Gafa' hux ħa jibqa joffri s-servizzi tiegħu fil-kwartieri ġenerali tal-Partit ġewwa l-Ħamrun.