59 każ ġdid ta' Covid-19, 45 ifiqu u anzjan jitlef ħajtu

90,524 persuna ħadet il-booster tal-vaċċin 

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 59 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiqu 30 pazjent filwaqt li anzjan ta' 71 sena tilef ħajtu waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. B'hekk il-każi attivi f'Malta issa huma 766. 

Madanakollu, jidher li l-pazjenti f'Mater Dei reġgħu naqsu u b'kollox hemm 10 pazjent li għandhom bżonn kura minħabba l-Covid-19.

In-numru ta' persuni li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva naqas ukoll u b'hekk bħalissa hemm żewġ persuni biss li qed jingħataw il-kura. 

S'issa 90,524 persuna ħadet il-booster tal-vaċċin.

More in Politika