Id-Dwana tikkonfiska 39,000 flixkun inbid u 580 flixkun xorb alkoħoliku f'disa' xhur

Il-valur ta’ dawn il-fliexken kien jammonta għal €456,364 u fuqhom ma kinux imħallsa eluf ta' ewro f'dazju u VAT

Il-Dipartiment tad-Dwana kkonfiska 39,578 flixkun inbid u 584 flixkun xorb ieħor alkoħoliku bejn Jannar u Settembru 2021.

Fi stqarrija, id-Dwana spjegat li l-valur ta’ dawn il-fliexken kien jammonta għal €456,364

Fuq dawn il-fliexken tal-inbid ma kinux imħallsa €6,146 f’dazju u €78,521 f’VAT.

Fil-każ tal-fliexken l-oħra, ma kinux imħallsa €2,224 f’dazju u €5,131 f’VAT. 

More in Politika