L-ebda persuna bil-Covid fl-ITU u l-każi attivi jinżlu għal 311

Ħames persuni biss fl-Isptar li jinsabu pożittivi għall-Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda persuna fl-ITU li kellha l-Covid-19 filwaqt li kien hemm ħames każi biss fl-Isptar ta' pazjenti li kellhom il-Covid-19 ukoll. Dan filwaqt illi l-każi attivi komplew neżlin għal total ta' 311, hekk kif irriżultaw 14-il każ ġdid u fiequ 30 persuna oħra mill-virus. 

Intant it-tilqim tal-booster kompla għaddej ġmielu b'madwar 2,000 titqiba oħra f'24 siegħa għal total ta' 12,071 tilqima. It-total ta' dożi mogħtija tela' għal 824,327, liema ċifra tpoġġi lil Malta fuq quddiem fil-lista f'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni flimkien mal-Portugall u L-Emirati Għarab Magħquda, skont il-Covid-19 Tracker tal-ġurnal New York Times. 

Ilbieraħ iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) poġġa lil Malta lura fuq il-Lista l-Ħadra, flimkien ma' numru ta' pajjiżi Ewropej oħra. 

More in Politika