Hekk kif Malta tilħaq il-quċċata fit-tilqim l-ECDC tpoġġina fil-Lista l-Ħadra

Malta lura fuq il-Lista l-Ħadra tal-ECDC...

Il-mappa tal-ECDC li turi lil Malta bħala 'pajjiż aħdar'
Il-mappa tal-ECDC li turi lil Malta bħala 'pajjiż aħdar'

Malta tinsab lura fuq il-lista l-Ħadra tal-ECDC madwar xahar u nofs wara li kienet tpoġġiet fuq il-Lista l-Ħamra u sussegwentement fl-oranġjo. Dan il-pass jiġi hekk kif in-numri ta' każi tal-Covid-19 komplew neżlin filwaqt li r-rata ta' tilqim fil-pajjiż baqgħet fost l-ogħla fid-dinja. 

Fil-fatt sal-lum ingħataw b'kollox 822,097 tilqima, li minnhom dawk booster diġà telgħu għal 10,836 - dan ipoġġi li Malta fl-ewwel post skont is-sit Our World in Data b'aktar minn 83.6% tal-poplu vvaċċinat. Fl-aħħar 24 siegħa kien hemm ukoll 22 każ ġdid u 27 persuna li fiequ mill-virus biex bħalissa l-każi attivi huma ta' 328. 

 

More in Politika