Il-PN jappella biex it-tmexxija tal-ħabs titneħħa immedjatament

Jisħaq li l-Ministru Byron Camilleri kif ukoll it-tmexxija tal-ħabs tilfu kull kredibbiltà li jagħmnlu mill-ħabs ta' Kordin  faċilitá ta’ riabilitazzjoni u mhux ta’ vendikazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista apppella lill-Gvern biex minnufih ineħħi immedjatament it-tmexxija tal-ħabs.

Fi stqarrija, wara l-mewt tal-priġunier li ftit tal-jiem ilu pprova jagħmel suwiċidju, il-Partit Nazzjonalista fakkar li dan ma kienx l-ewwel każ simili fl-aħħar snin.

"Il-Partit Nazzjonalista jerġa jisħaq dwar l-importanza ta’ riforma sħiħa fil-ħabs li tħares il-ħajja, d-dinjità u d-drittijiet tal-ħabsin filwaqt li tirrispetta r-rwol tagħha bħala faċilitá ta’ riabilitazzjoni u mhux ta’ vendikazzjoni," saħqet l-istqarrija.

Insista li l-Ministru Byron Camilleri kif ukoll it-tmexxija tal-ħabs tilfu kull kredibbiltà.

"Inkjesta oħra mhix se ssolvi l-problemi eżistenti fil-ħabs u għalhekk jeħtieġ li Robert Abela jifhem li l-ħabs mhux qiegħed iwettaq il-funzjoni tiegħu u li għalhekk it-tmexxija preżenti għandha titneħħa mmedjatament," komploiet l-istqarrija.

Appella wkoll lill-Prim Ministru biex minnufih jara li l-proposti tal-Oppożizzjoni, kif ukoll dawk ta’ diversi esperti fis-settur, dwar riforma fil-ħabs, jitwettqu mingħajr aktar dewmien.

Fost dawn appella biex il-vittmi tad-droga jirċievu rijabilitazzjoni l’ bogħod mill-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin.

Aqra wkoll:

More in Politika