Għall-ewwel darba f'Malta approvati l-ewwel 10 donazzjonijiet tal-isperma mill-awtoritajiet

Is-sit illum.com.mt jista' jiżvela illi l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għadha kif approvat l-ewwel 10 donazzjonijiet tal-isperma

Is-sit illum.com.mt jista' jiżvela illi l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun għadha kif approvat l-ewwel 10 donazzjonijiet tal-isperma, l-ewwel darba li fil-fatt dan qed isir f'pajjiżna, grazzi għal emendi fil-liġi li ddaħħlu mill-Gvern preżenti u li jagħmilha possibbli biex nisa single jew nisa koppji jagħmlu użu minn din il-faċilità. 

Kien id-Deputat Prim Ministru u Minstru tas-Saħħa Chris Fearne li ħabbar dan waqt intervista mal-gazzetta ILLUM, li t-tieni parti tagħha se tkun qed tidher nhar il-Ħadd li ġej fuq il-gazzetta ILLUM. 

Ara hawnhekk x'qal Fearne dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fl-ewwel parti tal-intervista. 

Fearne fakkar li dawn l-10 donazzjonijiet tal-isperma approvati jiġu wkoll wara li l-Ministeru li jmexxi ħabbar li mis-sena d-dieħla l-mediċini kolha li għandhom x'jaqsmu mal-IVF se jibdew jingħataw kollha b'xejn. 

Id-Deputat PM Chris Fearne
Id-Deputat PM Chris Fearne

More in Politika