L-Irlanda, il-Portugall u l-Lussemburgu jingħaqdu fil-Lista l-Ħamra tal-ECDC

Din il-lista ma tirriflettix ir-rata ta' vaċċinazzjoni u lanqas tiddetermina s-safar

Il-mappa tal-ECDC aġġornata
Il-mappa tal-ECDC aġġornata

Il-pajjiżi fil-Lista l-Ħamra taċ-Ċentru Ewropew kontra l-Prevenzjoni ta-Mard (ECDC) kompliet tikber hekk kif il-każi żdiedu madwar l-Ewropa kollha, anke jekk f'ħafna każi n-numru ta' nies li qed ikollhom jiddaħħlu l-Isptar, qegħdin fl-ITU jew inkella jmutu baqa' baxx. 

Issa ma' Malta hemm ukoll l-Irlanda, il-Portugall u l-Lussemburgu, bi Spanja (u l-gżejjer Baleriċi) tibqa' ħamra hekk kif tara żieda fil-każi wkoll. Intant l-Olanda, Kreta u Ċipru tpoġġew fl-aħmar skur, minħabba żieda ħafna ikbar ta' każi. Ħamra wkoll hija l-gżira ta' Corsica, li tagħmel parti minn Franza. 

Din il-lista iżda tirrifletti biss in-numru ta' każi għal kull 100,000 abitant u mhux il-livell ta' vaċċinazzjoni fil-pajjiż.  Il-Lista tal-ECDC ma għandhiex x'taqsam ma' safar, liema lista tiġi ddeterminata minn Gvernijiet nazzjonali, għalkemm taf isservi ta' indikatur. 

More in Politika