96 każ ġdid ta' Covid-19 u l-każi attivi jitilgħu għal 252

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ tliet pazjenti

Minn fost 2,903 test li saru lbieraħ, instabu 96 każ ġdid ta' Covid-19.

Tliet pazjenti oħra ġew ikkonfermati mfejqa biex issa f'Malta hawn 252 każ attiv.

Illum ma ngħataw l-ebda dettalji dwar dawn il-każi l-ġodda kif seħħ ilbieraħ meta sar magħruf li l-maġġoranza assoluta tal-55 każ li tħabbru, kienu fost studenti barranin li jinsabu Malta biex jistudjaw l-Ingliż u li ħadd minnhom ma ħa t-tilqima.

Sal-bieraħ, Malta kienet amministrat 700,180 doża tal-vaċċin.

346,739 persuna huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 368,449 persuna ħadu l-ewwel doża. 

Aqra wkoll:

More in Politika