Irreġistrat it-tieni każ tal-varjant Delta f'Malta

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li ma jidhirx li dan il-każ kien wieħed importat

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li nstab it-tieni każ tal-varjant Delta (Indjan) f'Malta.

Fearne ikkonferma dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-ftuħ ta' taqsima ġdida l-isptar Mater Dei. Qal li dan il-każ instab fl-aħħar jiem.

Ma jidhirx li dan il-każ kien wieħed importat.

Spjega wkoll kif dawk kollha li ġew f'kuntatt ma' dan il-pazjent sarilhom it-test u rriżultaw fin-negattiv, għalkemm xorta waħda se jibqgħu fi kwarantina.

L-ewwel każ tal-varjant Delta f'Malta nstab fil-bidu ta' Ġunju.

Aqra wkoll:

More in Politika