Erba' każi ta' Covid-19 minn 2,800 test... ir-rata ta' pożittività hija ta' 0.1%

In-numri tal-każi tal-Covid-19 jibqgħu baxxi lokalment filwaqt li t-total ta' dożi mogħtija jitla' għal 534,639

Ir-rata ta' pożittività għall-Covid-19 baqgħet ta' 0.1% hekk kif minn total ta' 2,799 swab test irriżultaw erba' każi ġodda, filwaqt li fiequ erba' oħrajn.  Dan ifisser illi l-każi attivi fil-pajjiż huma ta' 76.

Intant fl-aħħar 24 siegħa, mill-ġdid reġà ma kien hemm ebda każi ta' mwiet. 

Sal-bieraħ kienu ingħataw b'kollox 534,639 doża tal-vaċċin, li minnhom 221,595 kienu persuni li ħadu t-tieni doża wkoll. Dan ifisser illi f'24 siegħa ingħataw mas-6,100 doża tal-vaċċin. 

 

More in Politika