Il-każi tal-Covid-19 jibqgħu baxxi u għal 11-il jum ma jkunu rreġistrati ebda mwiet

Ir-rata tal-imxija tal-Covid-19 hija ta' 0.1%

Il-każi tal-Covid-19 baqgħu baxxi ħafna, b'żewġ każi biss irreġistrati minn total ta' 1,693 swab test.  Dan ifisser li r-rata ta' pożittività għall-Covid-19 bħalissa hija ta' 0.1%.  Fl-istess ħin fiequ 21 persuna, biex il-każi attivi issa niżlu għal 128. 

Intant għall 11-il jum reġa' ma kienu rreġistrati ebda mwiet kawża tal-virus. 

Il-proċess ta' vaċċinazzjoni kompla għaddej ġmielu bit-total ta' dożi mogħtija sal-bieraħ jitla' għal 430,508 li minnhom 147,667 persuna ħadu t-tieni doża wkoll. 

More in Politika