In-numri tal-każi tal-Covid-19 komplew neżlin f'livelli aktar baxxi b'37 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa minn total ta' 2,243 swab test. Fl-istess ħin fiequ 49 persuna, biex it-total ta' każi attivi issa niżel għal 536.
Intant f'dak li jirrigwarda vaċċinazzjoni, sa issa ingħataw total ta' 237,806 doża bit-total ta' persuni li ħadu it-tieni doża wkoll issa jitla' għal 67,491 - li mill-ġdid ifisser 2,200 tieni doża f'24 siegħa.
Sfortunatament tilfet ħajjitha persuna oħra bil-Covid-19: Anzjana ta' 96 sena li issa hija l-402 vittma tal-virus.