'Il-poplu tilef il-fiduċja fil-PM ... imma m'għandux jirriżenja u minflok jiffaċċja l-konsegwenzi'

Il-Kap tal-Oppożzzjoni qal illi l-PM 'ħela sena' ...

Bernard Grech
Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN Bernard Grech qal illi l-poplu tilef il-fiduċja li kellu fil-Prim Ministru imma sostna li Robert Abela m'għandux jirriżenja imma minflok jiffaċċja l-konsegwenzi li skont Grech, ġab hu stess.  "Illum il-PM irid jerfa' r-responsabilità u ma jwaħħalx fin-nies.  Issa jrid jerfa' r-responsabilità tiegħu u jħalli lill-esperti li jmexxu." Grech kien qed jitkellem ftit wara li l-Prim Ministru ħabbar miżuri ġodda kontra l-Covid-19, f'ġurnata mmarkata minn rekord ta' każi ġodda.

Huwa sostna illi Charmaine Gauci għandha tmexxi l-pandemija kif wara kollox, ifakkar, tgħid il-liġi - wara li jitħabbar Stat ta' Emerġenza fis-Saħħa Pubblika.  

Grech sostna li llum il-Prim Ministru - meta ħabbar miżuri li l-Kap tal-PN jgħid illi se jġibu eluf għalkopptejhom - ammetta, li "ħela sena u li s-sagrifiċċji kollha li saru ma swew xejn għax il-Prim Ministru ħadna lura.  Back to square one."

Huwa qal li hu ma kien qatt jagħti sens falz ta' garanzija u li hu qatt ma kien ikun immatur u jieħu deċiżjonijiet f'waqthom.  "Bħalissa neħtieġu politiċi kompetenti li jiddeċiedu b'konvinzjoni u li jiddeċiedu fuq x'jgħidulhom l-esperti mhux skont x'jaqbel lilhom." 

 

 

More in Politika