Il-PN b'ilment wara li jgħid illi t-TVM ħalla barra l-aħbar tax-xhieda ta' Muscat dwar il-VGH

Il-Partit Nazzjonalista jgħid li TVM 'naqas milli jagħti aħbarijiet oġġettiv u fattwali'

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech ressaq ilment lil TVM u l-Awtorita’ tax-Xandir wara li fil-bulettin tat-8:00 p.m tat-18 ta’ Jannar 2021 ma saret l-ebda referenza għall-kawża li qed tinstema’ fil-Qorti dwar il-bejgħ ta’ tliet sptartijiet pubbliċi, liema kawża kienet inbdiet mill-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u li fiha lbieraħ xehed l-eks Prim Ministru Joseph Muscat. 

Zammit Dimech qal illi t-TVM naqas ukoll milli jxandar l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista maħruġa fl-istess jum minn Adrian Delia dwar l-istess suġġett.

"Dan in-nuqqas ħoloq sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ imparzjalità mill-istazzjon nazzjonali u żbilanċ kontra l-Partit Nazzjonalista dwar ħaġa li hija ta’ kontroversja politika kurrenti, u naqas milli jagħti lill-poplu servizz ta’ aħbarijiet oġġettiv, fattwali u komplut," ittemm tgħid l-istqarrija. 

More in Politika