Rekord ta' każi ġodda ta' Covid-19; Jiżdiedu b'224 f'ġurnata

Ikomplu jiżdiedu wkoll il-każi minn ġemgħat soċjali u tmut persuna oħra

Malta llum rreġistrat rekord ta' każi ġodda ta' Covid-19 hekk kif instabu 224 każ ġdid f'ġurnata waħda.

B'kollox saru 3,365 test u fiequ wkoll 80 persuna.

Dan ifisser li l-każi attivi tal-Covid-19 f'Malta telgħu għal 1,845 każ.

Apparti minn hekk, miet anzjan ieħor ta' 72 sena biex issa, b'kollox, il-Covid-19 ħasad il-ħajja ta' 227 persuna.

L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-31 ta’ Diċembru.

L-uniku drabi li Malta qabżet il-200 każ f'ġurnata kien fit-2 ta' Novembru meta ġew irreġistrati 218-il każ u fid-9 ta' Novembru meta nstabu 204 każi.

Intant mill-każi mħabbra lbieraħ, kien hemm 32 każ fost qraba u għaxar persuni li ħadu l-virus mingħand il-kollegi.

Kien hemm ukoll 20 każ ta' persuni li ġew f'kuntatt dirett ma' persuni pożittivi u 12-il każ li ħarġu minn attivitajiet soċjali, kif kien mistenni wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.

Aqra wkoll:

L-MUT tgħid li l-awtoritajiet tas-saħħa talbu lill-Ministeru għall-Edukazzjoni biex l-iskejjel ma jinfetħux

More in Politika