Aġġornata | L-MUT f'laqgħa mal-PM, il-Ministru Caruana u l-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-ftuħ tal-iskejjel tal-istat

L-MUT aktar qabel qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa taw parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex l-iskejjel ma jinfetħux iżda l-Ministru Fearne u Charmaine Gauci ċaħdu dan

Il-Unjin Maltija għall-Għalliema (MUT) qalet fi stqarrija li  l-awtoritajiet tas-saħħa taw parir lill-Ministeru tal-Edukazzjoni sabiex l-iskejjel ma jinfetħux u dan fid-dawl ta’ żieda qawwija ta’ każijiet pożittivi li mistennija tippersisti fil-jiem li ġejjin.

Madanakollu, waqt konferenza tal-aħbarijiet, la l-Ministru Chris Fearne u lanqas is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ma kkonfermaw li taw dan il-parir lill-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Kemm ninfumaw lill-membri li l-MUT ser tkun qed tiltaqa’ mal-Prim Ministru, l-Ministru tal-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet...

Posted by Malta Union of Teachers on Wednesday, 6 January 2021

Ftit wara, l-MUT infurmat lill-membri tagħha li se tkun qed tiltaqa’ mal-Prim Ministru, l-Ministru tal-Edukazzjoni u l-Awtoritajiet tas-Saħħa aktar tard illum dwar il-ftuħ tal-iskejjel tal-istat u dan wara li l-iskejjel tal-Knisja ħabbru li għal din il-ġimgħa se jirrikorru biss għat-tagħlim online, bil-miżura tista' tkun estiża.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret illum waranofsinhar, kemm Fearne u anke Charmaine Gauci spjegaw biss li qed tinżamm kommunikazzjoni kontinwa mal-iskejjel u ġew infurmati bis-sitwazzjoni ta' bħalissa anke biex ikunu jistgħu jimplimentaw il-miżuri kollha ta' mitigazzjoni li hemm bżonn.

More in Politika