Azzopardi jħalli lil kulħadd fid-dlam hekk kif jinsab fuq quddiem għas-siġġu ta' Edward Scicluna

L-eks Kunsillier Laburista - li kien spiċċa ħażin mal-Partit Laburista -  għadu ma qalx hux se jeżerċità d-dritt tiegħu li joħroġ għal elezzjoni każwali b'ċans tajjeb li jirbaħ is-siġġu ta' Edward Scicluna hu

Il-Partit Laburista jista' jkollu l-inkwiet fis-seba' distrett li jinkludi lir-Rabat u Ħaz-Żebbuġ, hekk kif l-eks Kunsillier Laburista li spiċċa ħażin mal-partit wara li dan ma ħalliehx jikkontesta - Charles Azzopardi - għadu qed iżomm is-silenzju dwar x'se jagħmel fuq l-elezzjoni każwali li se ssir minħabba r-riżenja ta' Edward Scicluna minn Ministru u sussegwetement Deputat. 
Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif Azzopardi kien qed jiġi investigat fuq akkużi ta' miżapproprijazzjoni, korruzzjoni u nepotiżmu f'xogħol li kien sar mill-Kunsill tar-Rabat.  

Il-gazzetta rrappurtat kif is-Sindku tar-Rabat Malta, taħt investigazzjoni mill-Pulizija dwar allegazzjonijiet ta’ miżapproprijazzjoni ta' fondi.  Diversi direct orders lill-handyman u l-familjari tiegħu u każ ta' ristorant ta’ ikel Ċiniż (Wenzhou) imqabbad jagħmel xogħol fiċ-Chadwick Lakes. 

Mal-ILLUM Azzopardi kien saħaq illi mhux hu qed ikun investigat imma l-Kunsill kollu u insista li dan hu attakk ikkordinat mill-Partit Laburista.  Huwa kien deher ukoll fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista u għal xi żmien kien hemm ukoll diċċeriji li se jissieħeb jew isir attiv fil-PN, xi ħaġa li ma ġratx. 

Il-faċċata tal-gazzetta ILLUM li kienet żvelat l-allegazzjonijiet kontra Azzopardi
Il-faċċata tal-gazzetta ILLUM li kienet żvelat l-allegazzjonijiet kontra Azzopardi

Il-problema tal-Partit Laburista hija li Azzopardi - jekk jitfa' ismu kif għandu kull dritt jagħmel għal din l-elezzjoni - jinsab fuq quddiem biex ikun elett min Scicluna minħabba l-voti li kiseb, hekk kif kien kważi ġie elett fl-aħħar elezzjoni ġenerali u minħabba wkoll il-kunjom.  Il-fatt li kunjomu Azzopardi ifisser li apparti l-voti tiegħu huwa jkun gawda aktar minn dawk li jissejħu 'donkey votes' - jew voti li jingħataw minn fuq sa isfel f'ordni kronoloġika.  L-ismijiet fin-naħa ta' fuq tal-lista dejjem igawdu aktar minn dawn il-voti. 

Azzopardi kiseb 584 vot fl-ewwel għadd, li huwa inqas minn Gavin Gulia li kien kiseb 848 vot, imma kien l-aktar kandidat b'saħħtu f'termini ta' wirt biex waqa' l-aħħar minn Gulia u Pullicino Orlando, fit-23 għadd b'2,179 vot.

Gulia waqa' fil-21 għadd b'1,569 vot u Pullicino Orlando waqa' fit-18-il distrett b'1,040 vot. 

More in Politika