Jonqsu l-pazjenti tal-Covid-19 fl-isptarijiet; 10 persuni fl-ITU

Total ta' 155 persuna bilk-Covid-19 jinsabu fl-isptarijiet

Waqt il-bulettin mediku dwar il-Covid-19, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci spjegat kif naqqsu l-pazjenti bil-Covid-19 fl-isptarijiet.

Bħalissa, fil-fatt, hemm 155 persuna rikoverati fl-isptarijiet u 10 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

F'Mater Dei hemm 38 pazjent ieħor, fl-isptar Boffa hemm 10, fl-isptar St Thomas hemm 9, pazjent wieħed f'Karin Grech, 80 fil-Good Samarithan, każ wieħed f'Mount Carmel u erba' pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.

Gauci spjegat ukoll kif in-numru ta' każijiet ġodda qed jonqsu, bil-medja fuq medda ta' ġimgħa issa tinsab taħt il-100. Naqsu wkoll il-każi attivi. Madanakollu l-każi qed jiżdiedu f'Għawdex fejn bħalissa hemm 65 każ attiv.

Appellat biex kulħadd jibqa' attent biex ma jiġrix dak li qed iseħħ f'pajjiżi oħra Ewropej fejn qed jiżdiedu drastikament il-każi u anke l-pazjenti li jkollhom bżonn jiddaħħlu l-isptar.

"Dan huwa żmien sabiħ. Din is-sena huwa żmien differenti. Ejjew nipproteġu lill-qraba tagħna u nżommu d-distanza soċjali. Ejjew nevitaw li jkollna ġemgħat. Jekk qed tiltaqa' man-nies qed tesponi lilek innifsek u lill-ħaddieħor għar-riskju," appellat Gauci.

Għad fadal ukoll xi każi fid-djar tal-anzjani.

Il-Professur Gauci spjegat ukoll kif l-akbar sors tal-virus qed jibqgħu l-familji u anke l-postijiet tax-xogħol.

Aqra wkoll:

More in Politika