Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 201 persuna
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru l-mewt ta' ħames persuni oħra bil-Covid-19.
Fost il-vittmi kien hemm żewġ anzjani ta' 66 sena, anzjana ta' 82 sena, anzjan ta' 85 sena u anzjan ta' 96 sena.
Anzjana ta' 66 sena mietet fir-residenza tagħha. Hija ġiet ikkonfermata pożittiva wara li sarilha swab f'Mater Dei.
Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi issa tela' għal 201 persuna.
Apparti minn hekk, instabu 82 każ ġdid ta' Covid-19, filwaqt li fiequ 132 persuna.
Ilbieraħ saru 2,609 test.