L-Alleanza tal-Vaċċin għal Kulħadd beżgħana li pajjiżi sotto-żviluppati mhux se jirċievu biżżejjed vaċċin

... Biża' u tħassib li disa' minn kull 10 persuni f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw mhux se jkollhom vaċċin

Imma se jkun hemm biżżejjed?
Imma se jkun hemm biżżejjed?

L-Alleanza tal-Vaċċin għal Kulħadd issostni li disgħa minn 10 persuni f’pajjiżi sotto-żviluppati mhux se jkunu qed jirċievu l-vaċċin kontra il- Covid-19. 

Oxford-AstraZeneca wegħdu li ħa jkunu qed jipprovdu 64% tad-dożi lin-nies f’pajjiżi li qed jiżvillupaw. 

Passi qed jittieħdu biex il-pajjiżi kollha jibbenefikaw ugwalment mil-vaċċin. Infatti il-kumitat għal-vaċċin msejjaħ Covax diġà assigura 700 milljun doża biex jiġu imqassma fil-pajjiżi msemmija. 

Għaldaqstant, minkejja dawn il-pjanijiet kollha, l- Alleanza tal-Vaċċin għal Kullħadd tibqa' tinsisti li m’hawnx vaċċin biżejjed għal kullħadd u allura - bħal dejjem -  iż-żgħir ħa jerġa jbagti. 

L-istess alleanza qed tappella lill-kumpaniji farmaċewtiċi li qed jaħdmu fuq xi vaċċin biex iżidu l-produzzjoni u b’hekk innaqsu il-probabbiltà li n- nies f’pajjiżi li għadhom qed jiżvillupaw jitilfu ċ-ċans li jirċievu l- vaċċin. 

L-Alleanza tal-Vaċċin għal Kullħadd hija alleanza fi ħdan Oxfam. Oxfam huwa moviment globali ta’ għaqdiet non-governattivi li qed jiġġieldu biex itemmu l-faqar, l-inġustizzja u l-inugwaljanza.

More in Politika