Justyne Caruana lura fil-Kabinett bħala Ministru fl-ewwel reshuffle tal-PM Robert Abela

Caruana kellha tirriżenja iktar kmieni din is-sena minħabba li kienet żvelata ħbiberija bejn l-eks Assistent Kummissarju Silvio Valletta u Yorgen Fenech

Justyne Caruana
Justyne Caruana

Justyne Caruana se tkun qed tinħatar Ministru bħala parti mir-reshuffle li għaddej bħalissa mill-Prim Ministru Robert Abela, jinsab infurmat dan is-sit.  Caruana kienet irriżenjat wara li rriżulta qrubija u ħbiberija bejn l-eks Asisstent Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta u Yorgen Fenech - akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia.

Caruana mistennija tingħata l-portafoll tal-Edukazzjoni, li bħalissa qed jitmexxa minn Owen Bonnici.

Il-ħatra ta' Justyne Caruana tfisser li jekk ma jintmissux il-Ministri Clint Camilleri u Anton Refalo mill-Kabinett, hija tkun it-tielet membru tal-Kabinett minn Għawdex. 

Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat illi se jkun qed isir reshuffle fil-Kabinett b'Miriam Dalli mistennija wkoll tingħata Ministeru wara li ħalliet postha bħala MEP f'isem il-Partit Laburista. 

(Iktar informazzjoni malli taslilna)

More in Politika