Baġit 2021 | Paceville l-ewwel li se jibbenefika mill-kunċett ta' Safe City

Iż-żona ta' Paceville se tkun imħarsa permezz ta' CCTV cameras

Għal darb'oħra, il-Baġit ta' din is-sena għamel referenza għall-kunċett ta’ Safe City.

Fil-fatt, il-Ministru ħabbar li ż-żona ta'  Paceville se tkun l-ewwel waħda li se tiġi mħarsa permezz ta’ kameras tas-CCTV.

Il-Ministru Scicluna ħabbar li fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma mal-pulizija, li ffukat kemm fuq l-aspett tekniku kif ukoll tal-operat fil-qafas legali li hemm bżonn.

Fil-Baġt ta' sentejn ilu, il-Gvern kien semma' l-introduzzjoni ta' sistema magħrufa bħala “facial recognition,” bil-għan li tissaħħaħ is-sigurtà.

Bażikament, din it-teknoloġija hija aktar avvanzata mill-kameras tas-CCTV għax, fi kliem sempliċi, din mhux sempliċiment turik filmat ta’ persuni li kienu f’post partikolari f’ħin preċiż, iżda tidentifika wkoll lil dawk li jidhru fil-filmat.

Apparti Paceville, il-Marsa kienet fost lokalitajiet oħra fejn kienet ikkunsidrata li tiġi introdotta din it-teknoloġija.

Madanakollu, it-teknoloġija tal-facial recognition kienet ingħatat il-ġenb.

More in Politika