Filmat | 'Iva Malta full up ... għax l-istrutturi fejn hemm l-immigranti huma mimlijin' - Cutajar

Is-Segretarju Parlamentari Cutajar tgħid li huwa fattwali li 'Malta full up' għaliex l-istrutturi fejn hemm l-immigranti huma mimlijin

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza Rosianne Cutajar qalet illi l-Prim Ministru qed ikun fattwali meta juża l-espressjoni li 'Malta full up' għaliex l-istrutturi illi fihom hemm l-immigranti - iċ-ċentri ta' detenzjoni u ċentri miftuħa - fil-fatt huma mimlijin u ma jifilħux aktar nies. 

Il-PM Robert Abela ilu jagħfas fuq il-kwistjoni li l-pajjiż jinsab full up u talab lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech jaċċetta li l-pajjiż huwa 'full up' bħala argument li għandu jitwassal quddiem l-Unjoni Ewropea.  Fl-ewwel laqgħa bejn it-tnejn Abela akkuża lil Grech li "qed ifixlu" meta jgħid li pajjiżna mhuwiex 'full up'. 

Cutajar qalet dan wara attività illi fiha nediet għall-konsultazzjoni numru ta' proposti sabiex il-Gvern ikun jista' jiġġieled il-xenofobija u r-razziżmu.  Hi sostniet fil-fatt illi dan il-Gvern qed jaħdem kontra l-mibgħeda razzjali.

More in Politika