64 każ ġdid ta' coronavirus f'Malta u 19 ifiequ ... il-każi attivi jitilgħu għal 581

Isiru b'kollox 2,491 test fl-aħħar 24 siegħa

Il-każi attivi ta' Covid-19 telgħu għal 581 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa rriżultaw 64 każ ġdid tal-virus.  Minn dawn - skont in-numri li deheru fuq l-aġġornament tal-awtoritajiet tas-saħħa - 15 kienu ta' persuni li ħadu l-virus minn membri tal-familja diġa' pożittivi.  Sebgħa kienu każi ta' kuntatt dirett ma' persuna pożittiva, tnejn ġew importati u tnejn oħra kienu mill-cluster ta' Paceville. 

Intant fl-istess 24 siegħa fiequ mill-virus 19-il persuna oħra, biex b'kollox sa issa fiequ 2,884 persuna minn total ta' 3,506 persuni li kellhom il-virus minn meta Malta kellha l-ewwel każ, is-7 ta' Marzu. 

Fl-aħħar 24 siegħa saru wkoll 2,491 test.

More in Politika